Żgħażugħ ta’ 16-il sena minn Bormla weġġa’ gravi wara ħabta bejn mutur u karozza f’Birżebbuġa.
L-inċident seħħ għall-ħabta bejn l-erbgħa u nofs ta’ waranofsinhar fi Triq San Tumas, Birżebbuġa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Yamaha misjuq minn żagħżugħ ta’ 16-il sena residenti Bormla u Honda Fit misjuqa minn mara ta’ 54 sena residenti Birżebbuġa.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet liż-żagħżugħ l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.