F’lukanda ewlenija fil-Qawra, l-Ġimgħa filgħaxija saru l-MFA Awards fejn intrebħu bosta unuri.
Bla dubju l-aktar unur mistenni jkun dak tal-aħjar plejer tas-sena fejn din is-sena ġie mirbuħ mill-midfielder ta’ Hamrun Spartans Matthew Guillaumier. Għal Matthew Guillaumier din hija t-tieni darba li rebaħ dan l-unur.
Jade Flask ta’ Swieqi United rebħet lis-stess unur pero fil-kategorija femminili.
Andrew Cohen, rebbieħ tal-aħjar plejer tas-sena għal xejn inqas minn erba darbiet, ġie inkluż fil-Hall of Fame tal-MFA. Anke Tessie Agius, rebbieħa tal-aħjar plejer tas-sena għal tlett darbiet, ġiet inkluża fil-Hall of Fame.
Il-fair play award intrebaħ minn St. Andrews FC filwaqt li l-unur tal-isbaħ gowl tas-sena mar għand Jake Grech ta’ Hibernians.
L-ex kowċ ta’ Hamrun Spartans Branko Nisevic rebaħ l-unur tal-aħjar kowċ tas-sena filwaqt li Angel Torres ta’ Balzan rebaħ l-unur tal-aħjar plejer barrani.
L-attakant ta’ Sliema Wanderers Lydon Micallef rebaħ l-unur tal-aħjar plejer tac-Challenge League filwaqt li Saint Christian Ebisindor ta’ Mgarr United rebaħ l-unur tal-aħjar plejer tal-Amateur League.
Maria Farrugia rebħet l-unur tal-aħjar plejer Għawdxija filwaqt li Andrea Zammit ta’ Valletta rebaħ l-unur tal-aħjar plejer żagħżugħ.
Sara Saliba ta’ Birkirkara u Nathan Agius ta’ Mosta rebħu l-unuri tal-aħjar plejers fil-kampjonati tal-Youths.