“L-Ewropa mhux se tagħlaq il-bibien tagħha. Irridu nsolvu l-kwistjonijiet marbuta mal-immigrazzjoni bl-iktar mod uman possibbli.”
Kliem Federica Mogherini, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, f’laqgħa f’pajjiżna bejn uffiċjali Ewropej Afrikani dwar il-Valletta Summit.
Valletta Summit li għalkemm seħħ f’Novembru 2015, l-effetti u l-miżuri li ttieħdu fih għadhom qed jiġu implimentati llum. U din il-laqgħa f’pajjiżna fl-għodwa ta’ nhar l-Erbgħa kienet maħsuba propju biex tanalizza l-azzjonijiet li ttieħdu, u tiddiskuti t-triq ’il quddiem.
Din il-laqgħa, Mogherini, li hija wkoll Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea,
Hija fakkret kif din il-laqgħa mhix sempliċement laqgħa teknika, imma statement politiku mill-Presidenza Maltija u l-istituzzjonijiet Ewropej biex tingħata priorità u jinsabu soluzzjonijiet għall-immigrazzjoni irregolari.
Dan għaliex, tenniet Mogherini, immigrazzjoni regolata tkun ta’ benefiċċju kemm għall-kontinent Ewropew, kif ukoll għal dak Afrikan.