Mara ta’ 42 sena mill-Indja tneħħitilha wirdiena kbira mill-kranju wara li lmentat mat-tobba tagħha li bdiet tħoss uġiegħ u sensazzjoni ta’ xi ħaġa qed titkaxkar.
L-insett, li kien għadu ħaj meta tneħħa minn ġo rasha, instab fil-bażi tal-kranju, qrib moħħha. Il-proċess biex dan l-insett jitneħħa dam madwar 45 minuta. Proċess li saħansitra ħadu filmat tiegħu.
Jidher li l-wirdiena waslet fejn waslet wara li tul lejl minnhom daħlet minn imniereħ il-pazjenta waqt li kienet rieqda.
Il-wirdiena għamlet total ta’ 12-il siegħa f’rasha u li kieku ma tneħħietx kienet tmut u eventwalment tikkawża infezzjoni.