Il-Malta post ħarġet l-edizzjoni Maltija tal-ħarġa konġunta annwali ta’ bolli b’disinn jew tema komuni minn amministrazzjoniet postali ta’ pajjiżi membri tal-Assoċjazzjoni “PostEurop”. Il-bolli tal-“Europa” jippromwovu l-filatelija billi jqajmu kuxjenza dwar l-għeruq, il-kultura, u l-istorja komuni tal-Ewropa u l-għanijiet komuni tagħha.
Din is-sena l-għan tat-tema tal-bolla “Europa” huwa li tippromwovi l-ogħla valur ta’ l-umanità – il-paċi. It-tema ntgħażlet biex turi solidarjeta mal-amministrazzjoni postali u mal-popolazzjoni tal-Ukrajna fiċ-ċirkostanzi diffiċli li qed jiffaċċjaw minħabba l-aggressjoni Russa.
Il-bolla intgħażlet minn 29 disinn u l-motif rebbieħ li ntgħażel kien dak tal-Lussemburgu bit-titlu ta “The New Peace Symbol” (il-paċi tas-simbolu l-ġdid).
IL-bolla se titnieda fid-9 ta’ Mejju u se tinħareġ permezz ta folja ta’ 11-il bolla. Kull bolla tiswa €1.50 u b’kollox se jkun hemm 35,000 bolla prodott.
Għal iktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 2596 1740 jew jibgħat ittra elettronika fuq info@maltaphilately.com.