Fit-tmiem il-ġimgħa t-tim femminili ta’ Birkirkara ġew preżentati bit-trofew ta’ ċampjins tal-Kampjonat tan-Nisa.
Is-Sibt 29 t’April kellha tkun l-aħħar partita tal-Kampjonat iżda San Gwann taw walk over lil lis-stess Birkirkara biex b’hekk lis-stripes temmew l-impenji tagħhom bla telfa fil-Kampjonat.
Il-President tal-MFA Bjorn Vassallo flimkien ma’ Lucienne Cini f’isem il-kumpanija Assikura Insurance Brokers preżentaw it-trofew il-ġdid lill-captain Stephania Farrugia.
Dan it-trofew intuża għal ewwel darba din is-sena, liema trofew kien manifaturat mill-kumpanija Ingliża Thomas Lyte.
Ritratt: Joe Borg