Ċiklist Malti ttieħed l-isptar b’urġenza wara li kien involut f’inċident stradali f’Ħal Far.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta ta’ waranofsinhar.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Għadu mhux ċar x’ikkawża l-inċident, anki għaliex il-vittma weġġa’ sew, tant li ma kienx fi stat li jikkomunika mal-paramediċi u l-Pulizija meta waslu fuq il-post.
F’dan l-inċident assistew ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.