It-Tnejn filgħaxija ġew organizzati l-Malta Football Players Association Awards fejn Matthew Guillaumier rebaħ l-unur tal-MFPA Men’s Best Player filwaqt lis-stess unur fil-kategorija femminili ġie mirbuħ minn Jade Flask ta’ Swieqi United.
L-ex kowċ ta’ Hamrun Spartans Branko Nisevic rebaħ l-unur tal-aqwa kowċ filwaqt li Shaun Dimech ta’ Valletta u Sara Saliba ta’ Birkirkara rebħu l-unuri taż-żagħżugħ u żagħżugħa tas-sena.
Lydon Micallef ta’ Sliema Wanderers rebaħ l-MFPA Best Challenge League Player filwaqt li Timothy Thomas rebaħ MFPA Best Amateur League Player.
Trustin Farrugia Cann rebaħ l-unur tal-aħjar referee.
Matul is-serata, l-ex difensur internazzjonali Malti Michael Spiteri ġie premjat bl-Assikura Merit Award.