Tard it-Tnejn filgħaxija seħħet ġlieda bejn grupp ta’ żgħażagħ Maltin biswit stabbiliment tad-divertiment f’San Ġwann.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ bil-lejl.
Minn informazzjoni li kiseb ONE News, jidher li waqt l-argument, saru wkoll xi ħsarat fuq vetturi.
Fuq il-post marru mill-ewwel il-Pulizija u żagħżugħ kellu jittieħed l-isptar.
Żagħżugħ ieħor ġie arrestat fuq il-post wara li allegatament weġġa’ ħafif lil wieħed mill-uffiċjali tal-Pulizija preżenti fuq il-post.
Il-Pulizija għaddejja b’iżjed investigazzjonijiet b’rabta ma’ din il-ġlieda.