Bormla Subbuteo Club rebaħ l-FISTF Grand Prix ta’ Bormla Malta 2023 meta fil-finali għeleb lit-taljani SS Lazio 2-1. It-team kien kompost mill-captian Charlie Aquilina, Jason Pisani, George Ebejer, Mauro Camilleri u John Zammit, Is-semi finalisti kienu Valletta Lions TFC u Stembert tal-Belġju.
Fil kategorija Open kien il-Malti Samuel Bartolo ta’ Valletta SC li rebaħ 2-1 lil Pascal Scheen ta’ Stembert bis-semi finalisti jkunu John Zammit ta’ Bormla sc u Jamie Bonnici ta’ SS Lazio
Fil-kategorija Veterani kien it-taljan Patricio Lazzaretti ta’Lazio li għeleb 6-3 lil Massimo Cremona ta’ Charleroi is-semi finalisti kienu Pascal u Daniel Scheen Belgjani ta’ Stembert .
Fil-Kategorija U20 kien Jayden Bonnici ta’ Valletta Lions TFC li rebaħ 2-1 lit-taljan Lorenzo Lazzaretti ta’ SS Lazio .
Fil-kategorija U16 rebħa doppja għal Jayden Bonnici fejn għeleb lil malti Robert Farrugia Randon ta Hat Attard SC 2-1
Fil-Kategorija Nisa kienet Melanie Magro ta’ Bormla SC li għelbet 2-0 lil Nicole Abela ta’ Stembert .
Fil-kategorija Tazza tal-Fidda kien Lorenzo Lazzaretti ta’ SS Lazio li rebaħ 2-1 bil-ħin barrani lil Josef Camilleri ta Bormla SC.
Il-preżentazzjoni saret mis-Sindku ta’ Bormla Marco Agius u Sur Tony Borg ,attendew ukoll il Vici Sindku Noyah Spiteri Hammett u rappreżentanza mill-Universita’ AUM.