Malta kellha l-ikbar tnaqqis fid-diossidu tal-karbonju fl-Unjoni Ewropea. Ċifri tal-Eurostat jikkonfermaw li Malta naqqset dawn l-emmissjonijiet bi 26.9% fl-2015, meta mqabbel ma’ sena qabel.
Madwar il-pajjiżi kollha Ewropej, l-emmissjonijiet żdiedu b’0.7%.
Ħadna l-ewwel reazzjonijiet.
Konrad Mizzi | Ministru
Wara 25 sena ta’ Gvern Nazzjonalista u ta’ wegħdiet li l-Marsa Power Station tingħalaq, dan il-Gvern għamel l-investimenti neċessarji biex isaħħaħ l-infrastuttura ġewwa Dellimara u biex il-Marsa Power Station setgħet intfiet fuq cold standby. Dan wassal għal tnaqqis kbir fl-emissjonijiet li flimkien mal-użu ta’ enerġija rinovabbli għen biex ikollna dan ir-riżultat tant sabiħ. Fix xhur li ġejjin, ladarba jkun hemm il-qalba għall-gas, inżarmaw il-Marsa Power Station darba għal dejjem u nneħħu ċ- ċumnija ta’ Delimara – dan se jwassal għal aktar tnaqqis fl-emmissjonijiet.
Jose Herrea | Ministru
Ir-riżultati juru l-impenn tal-Gvern li jtejjeb l-ambjent u l-legat li jrid iħalli f’dan il-qasam. Huma riżultati ta’ dan it-tip li primarjament ifissru kwalità t’arja aħjar għall-familji Maltin u Għawdxin kollha. Il-politika tagħna hija bbażata fuq energija aktar nafida u huwa bis-saħħa ta’ din l-enerġija li pajjiżna jista’ jkompli jivesti f’arja aktar nadifa għall-pajjiż kollu.