Żewġ nisa ttieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura wara ħabta fi Triq Valletta, limiti ta’ Ħ’Attard.
Persuni li kienu fuq il-post qalu lil ONE NEWS li waħda mill-karozzi li kienet qed tinstaq direzzjoni lejn ir-Rabat baqgħet ħierġa fuq dawl aħmar u b’konsegwenza ta’ hekk baqgħet dieħla f’karozza oħra li ħarġet minn fuq dawl aħdar fid-direzzjoni lejn Ħ’Attard.
Iż-żewġ nisa ttieħdu l-isptar Mater Dei b’ambulanza u l-identita tagħhom għad mhux magħrufa. Iż-żewġ karozzi, Opel Corsa u Volkswagen Polo għandhom ħsarat estensivi.
Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-każ.