Rumen ta’ 27 sena, residenti Tal-Pietà, jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn fuq e-kick scooter li kien qiegħed isuq.
L-inċident seħħ għal-ħabta tas-1.30am fi Triq is-Soll, Santa Venera, waqt li r-raġel kien qiegħed isuq l-iscooter u waqa’ minn fuqu. Konsegwentament, ġarrab ġrieħu f’rasu. Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza minnufih u ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi serji.
Dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali mill-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.