Raġel ta’ 51 sena, ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li bgħat messaġġi ta’ theddid lil martu u lit-tliet uliedu.
Dan il-każ seħħ wara li l-koppja bdiet proċeduri ta’ separazzjoni u tul din l-aħħar sena seħħew diversi argumenti bejniethom.
Fl-aħħat jiem il-mara rċiviet ritratt ta’ pistola u theddid fil-konfront tagħha.
Id-Difiża qalet li r-raġel kien qiegħed jammetti l-akkużi fil-konfront tiegħu u talbet li jitpoġġa taħt ordni ta’ probation.
Il-Prosekuzzjoni qablet ma’ din it-talba, anki minħabba l-fatt li l-akkużat għandu kondotta nadifa.
Is-sentenza se tingħata f’Mejju.