F’dawn l-aħħar ġimgħat, il-Ġermanja biddlet kompletament il-pożizzjoni tagħha fuq l-użu responsabbli tal-kannabis wara li l-Ministru tas-Saħħa, Karl Lauterbach, stqarr li l-politika ta’ pajjiżu dwar il-kannabis falliet.
Għalhekk, il-Ġermanja bidlet il-pożizzjoni tagħha u addottat liġijiet ispirati minn dawk ta’ Malta.
Il-Ministru għas-saħħa tal-Ġermanja qal li, “We want to prevent cannabis leading to the consumption of harder drugs, we want to better protect the youth, we want to fight the black market, we want to push-back drug-related crime, we want to get a grip on the steadily increasing toxicity of the products.”
Fil-fatt, fid-dawl ta’ dan, diversi delegazzjonijiet Ġermaniżi kellhom disskussjonijiet mal-awtoritajiet rilevanti f’Malta minħabba l-fatt li Malta hija meqjusa bħala l-gold standard minħabba l-liġi li daħħlet dwar l-użu responsabbli tal-kannabis.
Dwar dan ONE News tkellem mas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, Rebecca Buttigieg.
Hija spjegat li,“Il-Ġermanja kienet qed tipproponi mudell kompletament differenti: wieħed ibbażat fuq il-kummerċjalizzazzjoni, u issa ħadet il-mudell u mxiet fuq il-passi tagħna”
Is-Segretarju Parlamentari qalet li din il-liġi l-ġdida li tfasslet se tagħti daqqa ta’ ħarta kbira lis-suq illegali, filwaqt li tassigura kannabis nadifa u regolata għal min jagħmel użu minnha. Hija spjegat li pajjiżna se jkun qed jixpruna din ir-riforma f’settur daqstant sensittiv billi jospita diskussjonijiet ma’ diversi pajjiżi Ewropej dwar dan.
Is-Segretarju Parlamentari spjegat li, “F’Lulju li ġej se nospitaw delegazzjoni għolja ħafna minn Ministri ta’ pajjiżi bħall-Ġermanja, ul-Lussemburgu, u r-Repubblika Ċeka sabiex flimkien aħna, bħala pajjiż li konna minn tal-ewwel li għamilna dan il-pass radikali, se nkunu qed nagħtu l-best practices lill dawn il-pajjiżi fuq dak li qed nagħmlu f’kuntest lokali.”