F’Michigan l-Istati Uniti, tifel ta’ 13-il sena salva lil sħabu tal-iskola wara li x-xufier tax-xarabank li kienu abbord fuqha, ħassu ħażin.
Filmat li qed idur fuq il-midja soċjali juri lit-tifel jieħu l-kontroll f’idejh wara li x-xufier qal li mhux iħossu f’siktu u wara ħassha ħażin. It-tifel jidher idawwar l-isteering tax-xarabank u jitfa’ mal-ġenb tat-triq filwaqt li jagħfas il-break. hu jinstema’ jgħid lil sħabu biex iċemplu n-numru tal-emerġenza.
Xufiera li kienu fil-qrib u raw x’ġara, għenu lill-istudenti jinżlu b’mod sigur minn fuq ix-xarabank. Rapporti fil-media Amerikani qalu li x-xufier ittieħdet l-isptar.
Il-kommunità f’Michigan kellha kliem ta’ tifħir lejn it-tifel li salva l-ħajja ta’ ħafna studenti bħalu.