Il-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol awgura lis-Sur Alfred Mifsud għall-ħatra l-ġdida tiegħu ta’ Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji. Fl-istess waqt, irringrazzja lis-Sur Reno Borg għall-ħidma siewja li wettaq f’dan l-Uffiċċju matul l-aħħar seba’ snin ta’ tmexxija.
Il-Ministeru qal li Alfred Mifsud għandu esperjenza kbira f’dan is-settur u matul is-snin okkupa diversi karigi għoljin f’istituzzjonijiet differenti fosthom Gvernatur tal-Bord tal-MFSA u Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta.