Id-differenza bejn id-dħul u l-infiq tal- tal-Gvern fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena kienet €236.1 miljun inqas milli kienet fl-istess perjodu ta’ sena qabel.
Statistika ppubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, qabel li d-defiċit bejn Jannar u Marzu 2023 kien jammonta għal €135.5 miljun.
Id-dħul rikorrenti f’dan il-perjodu kien €1,433.7 miljun, li jfisser żieda ta’ €285.3 miljun fuq il-valur irrappurtat sena qabel. Din iż-żieda fid-dħul tirrifletti t-tkabbir fl-ekonomija u l-ħolqien ta’ aktar xogħol.
In-nefqa totali tal-Gvern fl-ewwel kwart tas-sena kienet €1,569.2 miljun, li hija €49.2 miljun ogħla mis-sena ta’ qabel.
In-nefqa rikorrenti waħedha kienet €1,403.1 miljun, żieda ta’ €44.6 miljun fuq l-2022. Fost il-kontributuri ewlenin ta’ din iż-żieda fin-nefqa tal-Gvern kien hemm investimenti ikbar fis-servizzi tas-saħħa mentali, fl-Awtorità tat-Turiżmu, fl-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji, u fl-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi. Barra minn hekk,intefqu aktar flus ukoll fuq il-miżuri ta’ sapport fil-qasam tal-enerġija biex il-kotnijiet għall-familji u n-negozji jibqgħu stabbli, kif ukoll fuq il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali.