Fl-2021, Malta kienet l-aktar pajjiż fl-Unjoni Ewropea kollha kemm hi li kellu bniet b’ħiliet diġitali ġenerali bażiċi jew ogħla minn bażiċi.
Il-ħiliet diġitali bażiċi jirreferu għal dawk il-ħiliet essenzjali li huma meħtieġa biex wieħed juża l-kompjuter u t-tagħmir diġitali biex jaċċessa u jimmaniġġja l-informazzjoni fid-dinja tal-lum.
Skont rapport li ħareġ l-uffiċċju tal-Istatistika tal-UE, l-Eurostat, f’Malta l-bniet b’dawn il-ħiliet huma 96 fil-mija. Iż-żewġ pajjiżi li kklassifikaw fit-tieni post, il-Kroazja u l-Finlandja, it-tnejn għandhom rata ta’ 93 fil-mija. Fit-tielet post ġiet iċ-Ċekja, b’89 fil-mija, u fir-raba’ post l-Awstrija b’87 fil-mija.
L-iktar rati baxxi ġew irreġistrati fil-Ġermanja u fir-Rumanija, it-tnejn li huma b’47 fil-mija. Il-Bulgarija rreġistrat rata ta’ 51 fil-mija, l-Italja 59 fil-mija, filwaqt li r-rata fil-Lussemburgu hija ta’ 60 fil-mija.
B’kollox, madwar l-Unjoni Ewropea, 54 fil-mija tan-nies u 52 fil-mija tan-nisa kellhom ħiliet diġitali ġenerali bażiċi jew ogħla minn bażiċi fl-2021. Il-persentaġġ kien ogħla fost il-bniet, li għall-fini ta’ din l-istatistika huma ddefiniti bħala nisa ta’ bejn is-16 u d-19-il sena. Fil-każ tagħhom, il-medja madwar l-UE kienet 70 fil-mija.
Din l-istatistika ġiet ippubblikata biex taħbat mal-Jum Dinji tal-Bniet fit-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT), li jiġi ċċelebrat kull sena fis-27 ta’ April. Dan il-Jum jiffoka fuq il-bżonn li l-bniet u n-nisa żgħażagħ jitħeġġu jaqbdu karrieri fil-qasam tat-teknoloġija fl-aktar settur li qed jikber malajr fid-dinja. It-tema li ntgħażlet għal din is-sena kienet ‘Ħiliet Diġitali għall-Ħajja’. Fid-dawl ta’ dan, sar enfasi fuq kemm il-ħiliet diġitali huma importanti biex il-bniet jirnexxu f’karrieri fl-oqsma tax-xjenza, tat-teknoloġija, tal-inġinerija, u tal-matematika sabiex ikunu edukati biżżejjed kemm biex jagħmlu użu mid-dinja diġitali kif ukoll biex jikkontribwixxu għaliha.
👧🌐70% of EU girls had basic or above basic digital skills in 2021
— EU_Eurostat (@EU_Eurostat) April 27, 2023
💻Highest shares were in:
🇲🇹Malta (96%)
🇭🇷Croatia and 🇫🇮 Finland (both 93%)
Lowest:
🇩🇪Germany and 🇷🇴Romania (both 47%)
🇧🇬Bulgaria (51%)
What about your country❓
👉https://t.co/3bx5B9ixa5#GirlsInICT pic.twitter.com/ibvCgTgdxn