116 006 – Din hija l-linja nazzjonali għall-vittmi tal-kriminalità. Illum, Madwar Mejda, il-kap tat-taqsima għas-servizzi lil vittmi fl-aġenzija għall-vittmi tal-kriminalita’, l-ispettur Sylvana Gafa, titkellem dwar għajnuniet legali, emozzjonali u informazzjoni fuq każijiet li jinsabu quddiem il-Qorti fost oħrajn lill-vittmi tal-kriminalità.
Illum ukoll, Madwar Mejda jitkellmu Daniel u Claudio li flimkien qed joħolqu kuxjenza dwar is-saħħa mentali tat-tfal u issa li qbadna r-ritmu għas-sajf, mill-ispettakli tan-nar għal avvenimenti oħra, ic-Chairman tal-Awtorita’ Maltija għat-turiżmu jitkellem dwar kif Malta għandha tibqa’ destinazzjoni favorita. Madwar Mejda, illum il-Ħamis fid-9pm fuq ONE