Il-President Tork Recep Tayyip Erdoğan irrikonoxxa uffiċjalment il-ħidma ta’ tiftix u salvataġġ li wettqu membri tal-Protezzjoni Ċivili Maltija fil-provinċja Malatya, it-Turkija, wara t-terremot li għamel ħerba f’dik iż-żona.
Dan għamlu billi, f’ċerimonja li saret fil-kapitali Ankara, ippreżenta lit-team leader tal-grupp Malti, Kevin Pace, il-Midjala Presidenzjali Torka u l-Ordni tas-Servizz Umanitarju Distint.ppreżenta lit-team leader tal-grupp Malti, Kevin Pace, il-Midjala Presidenzjali Torka u l-Ordni tas-Servizz Umanitarju Distint.
Fi Frar li għadda t-Turkija ntlaqtet minn diversi terremoti fosthom wieħed ta’ saħħa 7.8 fuq l-iskala Richter. Fil-ħidma ta’ salvataġġ kien hemm 38 uffiċjal u volontier flimkien ma’ kelb tas-servizz, li ħadmu f’waħda mill-iżjed żoni milquta bil-qawwa.
L-operazzjoni kienet waħda delikata u diffiċli hekk kif l-uffiċjali ħadmu fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum, f’kundizzjonijiet ta’ temp kiesaħ ħafna.