Huma bosta l-isfidi li jaffaċjaw il-gżejjer membri tal-Unjoni Ewropea, fosthom l-ispejjeż żejda fit-trasport u l-insularita doppja. Dawn l-isfidi jaffaċjawhom pajjiżi bħal Malta u l-Greċja, fost oħrajn.
Kien propju għal din ir-raġuni li kienet indirizzata konferenza f’Malta bit-tema What future for island in the EU li għaliha attendew Ministri minn gżejjer Ewropej. F’din il-konferenza ġew diskussi modi ta’ kif dawn il-gżejjer jistgħu jiġu mgħejjuna biex jegħlbu dawn l-isfidi.
Il-Ministru Chris Cardona qal li l-Ewropea ma tistax tapplika politika ta’ one size fits all hekk kif dawn il-gżejjer jirrikjedu attenzjoni speċifika. Fl-indirizz tiegħu tkellem ukoll dwar il-bżonn li gżejjer bħal Malta jingħataw aktar għajnuna finanzjarja.