Żebbuġ u Għaxaq baqgħu mingħajr telfa hekk kif intlagħbet it-tielet ġurnata mill-Kampjonat tal-1 Diviżjoni tal-Boċċi lokali.
Min-naħa tagħhom Qormi San Bastjan, Birżebbuġa u Lija għadhom mingħajr rebħa.
Żebbuġ, f’logħba li damet kważi 3 siegħat u nofs u kumbattuta, ħareġ rebbieħ bil- punteġġ ta’ 21 ma’ 15. Kienet partita bilanċjata li rat ir-riżultat 15 ma’ 15 biż-żebbuġin jagħmlu 2 ġugati u jirbħu il-logħba biex baqgħu f’ras il-klassifika mat-tim għaxqi.
Għaxaq f’darhom għelbu l-isfida ta’ Lija bil-punteġġ ta’ 21 ma’ 15 li kienet partita sabiħa u kisbu it-tielet rebħa minn tliet partiti.
F’riżultati oħra:
Qormi San Bastjan 1-21 Buġibba
St Peters Żabbar 15-21 Birkirkara
Marsamxett 21-14 Birżebbuġa
Msida 21-8 Birgu