L-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi (ASMK) nhar il-Ħadd 30 ta’ April 2023 se tkompli il-Kampjonat Nazzjonali 4×4 kif ukoll attivita speċjali bis-sezzjoni Muturi Enduro l-attivita’ ser issir fil-Barriera tal-Blockrete Ltd, is-Sgħatar limiti tan-Naxxar, l-attvita’ tibda 9am. It-Tnejn 1 ta’ Mejju 2023 fil-Kumpless Sportiv tal-ASMK Ta’ Qali ser tiġi ogranizzata is-sitt attivita mill-Kampjonat Nazzjonali Motocross sponsorjata mid-ditta Go & Fun. L-Attivita’ tibda 10am.
Intant Riders mill-ASMK fejn matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet ħadu sehem fil-Kampjonat Nazzjonali Sqalli fit-trakka Maddalena Vally f’Caltagirone. Ir-Riders waslu lura Malta bis-suċċessi fejn Kyle Camilleri fuq muturi KTM irrnexilu jirbaħ l-ewwel pozizjoni fil-klassi Expert MX2 huwa kien segwiet minn żewġ Taljani Davide Marabotto u Egenio Tummineri fejn kellhom jikkuntentaw bit-tieni u tielet post rispettivament.
Mil-Klassi PRO Juniors ħadu sehem tlet Riders Isom Borg fuq Kawasaki, Aiden Galea fuq TM u Biuren Grima fuq KTM f’din il-kategorija ukoll irenxxilna nitilgħu fuq il-Podium fejn Grima irnexxilu jispiċċa fit-tieni post wara Andrea Monteverde, Grima spiċċa segwiet min Simone Marziano. Borg u Galea kellhom jirtiraw minħabba ħsara mekkanika.
Mill-Klassi MX1 Senior rajna lil Garry Debono fuq mutur KTM ukoll irrnexielu jitla fuq il-podium fejn għalaq ir-ruzultat fit-tieni post overall huwa spiċċa wara Ignazio Polina u spicca segwiet min Marco Triolo. L-Impenji barra pajjiż se jkomplu billi se jieħdu sehem fl-attivita’ Motocross iktar tard dan is-sajf.
Fi Sqallija fit-trakka ta Racalmuto fejn 2 Riders Ryan Faenza fuq muturi Yamaha R6 u Neil Debono fuq mutur Honda CBR1000 li ħadu sehem fl-attivita ONE SHOT, iz-zewġ riders spiċċaw iddominaw il-kategoriji tagħhom b’Faenza spiċċa jirbaħ il-klassi Expert 600 fejn b’kollox kienu 10 Riders, filwaqt Debono iddomina u għalaq il-ġurnata fl-ewwel post fil-klassi Expert 1000 min klassi ta 17 Rider, f’din l-attivta ħadu sehem 150 kompetitur fosthom numru kbir ta Riders Maltin.
Mis-Sezzjoni 4×4 ukoll ħadu sehem tliet sewwieqa mis-sezzjoni 4×4 flimkien tim tagħhom għal Sqallija biex jieħdu sehem fl-ewwel attivita Avola Extream Offroad li saret fis-Siracus, intant dawn it-tlet timijiet irrnexilom jispiċċaw mal-ewwel ħamsa fejn Emanuel Crisafulli spiċċa jirbaħ segwiet min Antonuccio, fit-tielet post spiċċa it-tim Malti kompost min Robert Caruana flimkien mal-ko sewwieq tiegħu Thomas Galea filwaqt fir-raba post spiċċa Alan Zahra flimkien mal-ko sewwieq tiegħu Brandon Cassar u fil-ħames post spi11a Kenneth Borg flimkien mal-Ko Sewwieq tiegħu Daniel Buhagiar.
Intant nhar il-Ħadd li għadda ġiet organizzata attivita’ oħra mill-Kampjonat Nazzjonali Autocross sponserjata mid-ditta Pasta Poiatti fejn rajna lil Karl Micallef fuq Opel Corsa jirbaħ il-ġurnata segwiet min Tenerce Azzopardi fuq Opel Tigra, fit-tielet post spiċċa Luca Camilleri fuq Opel Nova. Mill-Finali Klassi B rajna lil Andrew Pisani fuq Opel Nova jirbaħ din il-klassi segwiet min Justin Buttigieg fuq Opel Nova fit-tielet post spiċċa Steve Sultana fuq Opel Nova. Attivita’ oħra Autocross issir nhar il-Ħadd 7 ta’ Mejju 2023 bl-attivita tibda 10am.
Iktar informazzjoni wieħed jista jsibha wkoll fis-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni www.asmk.org.mt jew fil-paġni tal-Facebook bl-isem Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista jagħmel kuntatt bl-email:- info@asmk.org.mt