Żgħażagħ Laburisti se jkunu qed ixandru għall-ewwel darba dokumentarju dwar l-istrajk ġenerali u l-irvellijiet tat-28 t’April ta’ 65 sena ilu. AZZAR huwa l-isem ta’ dan id-dokumentarju li se jixxandar lejliet id-data, iġifieri l-Ħamis 27 t’April fit-8:30pm fuq ONE
AZZAR għandu l-parteċipazzjoni fost l-oħrajn ta’ Dr Alfred Sant, Ex Prim Ministru u Ex Mexxej tal-Partit Laburista. Dr Alfred Sant jagħti sfond storiku għall-ġrajjiet ta’ 65 sena ilu: l-istrajk ġenerali u l-irvellijiet. Jitkellem dwar il-ġlieda għall-ħelsien ekonomiku tal-Maltin u l-Għawdxin.
Waqt AZZAR, jitkellem ukoll Anthony Valvo li kien attivist dak inhar tal-irvellijiet tat-28 ta’ April 1958. Jirrakonta kif iż-żgħażagħ kienu protagonisti dakinhar fil-ġlieda għad-drittijiet tal-Maltin u l-Għawdxin; għaliex dak li għamlu, għamluh għal Malta.
Kelliema oħra jinkludu lil Alex Sciberras Trigona u Alfred Galea b’rakkonti storiċi ta’ Dom Mintoff, Agatha Barbara, Joe Micallef Stafrace u Patrick Holland.
Intant, l-Ġimgħa 28 t’April se ssir attivita fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun b’rabta mal-ġurnata u li għaliha se jattendi l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Dr Robert Abela.