Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden se jerġa’ jikkontesta għal din il-kariġa fl-elezzjoni Presidenzjali f’Novembru tas-sena d-dieħla.
Huwa ħabbar dan permezz ta’ filmat fuq il-midja soċjali, fejn fih għadda l-messaġġ “Let’s finish the job” u permezz ta’ dan il-messaġġ huwa beda l-kampanja elettorali.
Biden ikkontesta u rebaħ l-aħħar elezzjoni Presidenzjali tal-Istati Uniti li saret f’Novembru tal-2020 kontra l-eks President Amerikan, Donald Trump.
F’Jannar tal-2021, Joe Biden nħatar uffiċjalment bħala President tal-Istati Uniti.
Ritratt: CNN