Id-Dipartiment Amerikan tal-Ġustizzja ddefenda l-projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar tal-President tal-Istati Uniti Donald Trump, u ħeġġeġ lill-Qorti tal-Appell biex l-ordni eżekuttiva ta’ Trump, li ssospendiet id-dħul ta’ ċittadini minn għadd ta’ pajjiżi Musulmani, terġa’ tidħol fis-seħħ fl-interess tas-sigurtá Nazzjonali.
F’dokument ta’ ħmistax-il paġna, l-istess dipartiment argumenta li din l-ordni kienet eżerċizzju legali fl-awtorità tal-President.
L-istess ordni li pprojbiet temporanjament id-dħul tar-refuġjati kollha u nies minn seba’ pajjiżi li fil-maġġoranza tagħhom huma Musulmani.
B’rabta ma’ dan l-iżvilupp, fil-jum tat-Tlieta, se jsir smigħ fil-Qorti bl-għan li jiġi determinat jekk dik il-projbizzjoni terġax tidħol fis-seħħ jew le.