F’pajjiżna, ittellgħet konferenza bl-isem ‘Building Europe with Local Councillors’, bħala parti minn proġett tal-Kummissjoni Ewropea fejn membri eletti tal-kunsilli lokali qed jingħataw l-opportunità li jsaħħu l-alleanza tagħhom ma’ politiċi Ewropej eletti fuq bażi lokali.
Dan tħabbar fi stqarrija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali fejn ġie sostnut li l-għan aħħari għal dan il-proġett huwa li jinħolqu rabiet b’saħħithom bejn l-istrutturi tal-Unjoni Ewropea u l-gvernijiet lokali.
Preżenti għal din il-konferenza f’pajjiżna, id-Deputat Direttur tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli minn networks ta’ kommunikazzjoni fl-istati membri, Alessandro Giordani spjega l-importanza ta’ dawn l-alleanzi.
Alessandro Giordani qal “It will enable them to get material and knowledge about the opportunities of Europe and involve their citizens on these opportunities” .
Waqt din il-konferenza saret ukoll preżentazzjoni miċ-Ċentru tad-Dokumentazzjoni Ewropew u mit-tliet Ċentri Europe Direct f’Malta u Għawdex li jieħdu ħsieb il-komunikazzjoni maċ-ċittadini dwar l-Unjoni Ewropea.
Min naħa tagħha, is-Segretarju Parlamentari, Alison Zerafa Civelli qalet li l-alleanza u l-kollaborazzjoni bejn sindki u kunsilliera Maltin u Għawdxin ma’ dawk tal-Ewropa joffru ideat u għodda addizzjonali b’saħħithom li jtejjbu l-effettività fit-tmexxija tal-kunsilli lokali.
Is-Segretarju Parlamentari qalet “’Building Europe with Local Councillors’ kienet sezzjoni informattiva għal-kunsillieri lokali u għal-sindki lokali sabiex inkomplu nsaħħu l-alleanzi bejn l-istati membri kunsilliera li ġejjin mill-Ewropa kollha sabiex naqsmu flimkien l-isfidi li niltaqgħu magħhom ta’ kuljum.”
Preżenti għal konferenza kien hemm ukoll il-Presidenti tal-Kunsilli Reġjonali, sindki u kunsilliera lokali.