B’rabta mal-konsultazzjoni pubblika dwar ir-riforma fil-qasam tal-bini u kostruzzjoni, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech, sostna li l-Partit Nazzjonalista m’għandux għalfejn jipparteċipa f’dan l-istess proċess ta’ konsultazzjoni.
Huwa qal dan hekk kif kienet qed tiġi diskussa din ir-riforma hekk kif waslet fl-istadju tat-tieni qari fil-Parlament u tlett ijiem wara li ntemmet il-konsultazzjoni pubblika.
Il-Kap Nazzjonalista qal dan minkejja li fil-konsultazzjoni pubblika għal din ir-riforma tant importanti, ipparteċipaw numru kbir ta’ persuni tant li f’erba’ laqgħat pubbliċi li saru attendew mal-elf persuna.
Dan filwaqt li anke numru ta’ partiti politiċi f’pajjiżna, ħassew il-bżonn li jipparteċipaw f’din il-konsultazzjoni li se tassigura aktar sigurtà u kwalità f’dan is-settur.
Madankollu l-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech ma jħossx li għandu jagħmel dan.
Saħansitra l-Kap Nazzjonalista qal li mhux biżejjed li jkollok il-liġi. Dan minkejja li l-liġi hija dik li tirregola s-settur.
“Għaliex mhux biżżejjed li jkollok il-liġi.”