Fi Flanders il-Belgju, Bormla Subbuteo Club waslu sal-finali tal-Golden International Open, fejn tilfu 1-2 kontra l franċiżi ta Caen. Il-bormliżi, irenkjati numru 6 fir-ranking mondjali FIST, fit-triq għall- finali rebħu l-grupp kontra l-belġjani Hennuyer 2-0 u Wamme 4-0 biex wara bil-barrage rebħu lill-belġjani Stembert 4-0. Fis-semi finali rebħu bil-golden goal lil Charleroi wara li l-logħba spiċċat 2-2 bit- tim kien kompost minn Mauro Camilleri, Jason Pisani u it-tliet belġjani Stelios Tsangouris, Bessim Golger u Pierre de Leeuw
Is Sibt intlgħabu l-kompetizzjonijiet individwali fejn Jason Pisani rebaħ il-kategorija Veterani kontra Eric Threis tal Belġju u Bessim Golger wasal sas-semi finali fl-Open .
L-appuntament li jmiss għal Bormla Subbuteo Club ikun il-Grand Prix fl-AUM Bormla fid-29 u 30 ta’ April 2023 .