F’dan l-episodju, Natura Maltija se jittratta ċ-ċiklu tal-ħajja u l-għaġir ta’ żewġ speċi ikoniċi tal-ilma ħelu; iż-Żrinġ Malti u l-qabru, il-granċ nazzjonali, endemiku għal pajjiżna. Dan l-episodju jinkludi wkoll xi mammiferi; il-Qanfud u l-Bugeddum, waqt li se tingħata ħarsa lil speċi oħra ta’ mammiferi li jinsabu fuq dawn il-gżejjer.
Idħol fuq il-paġna ta’ Facebook https://www.facebook.com/maltesenature għal aktar informazzjoni. Waqt li fuq Youtube tista’ ssib il-filmati kollha tal-ewwel sensiela. Dawn il-filmati jistgħu jintużaw ukoll għat-tagħlim, speċjalment minn ġenituri u għalliema biex jgħallmu lit-tfal fuq il-wirt naturali ta’ pajjiżna.
Natura Maltija jixxandar it-Tlieta fit-8:30pm fuq ONE b’repetizjoni fuq l-Erbgħa fis-7:35am, il-Ħamis f’12:05pm, il-Ħadd fis-7:35am