Ċiklist ta’ ta’ 43 sena li joqgħod ix-Xgħajra weġġa’ gravi wara inċident ma’ karozza f’Ħaż-Żabbar.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-sebgħa neqsin kwart fi Triq Alessio Erardi.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li ċ-ċiklist sofra xi ġrieħi f’inċident ma’ Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 37 sena residenti Raħal Ġdid.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħadet liċ-ċiklist l-Isptar Mater Dei għall-kura medika. Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.