Il-familja ta’ Charlie rringrazzjaw lil żewġ uffiċjali tal-Pulizija u sejħulhom eroj wara li salvawlhom il-kelb li kien irrapportat nieqes.
Wara jiem ifittxu lil Charlie fis-Swieqi ngħataw il-parir li jagħmlu rapport mal-Għassa tal-Pulizija ta’ San Ġiljan fejn huma għamlu proprju hekk.
Mal-wasla tagħhom l-għassa kienu diġà mgħarrfa dwar Charlie u qalulhom li se jkunu qed iżommuhom infurmati f’każ jiltaqgħu ma’ Charlie.
Kien proprju fit-3:00 ta’ filgħodu meta sidt Charlie rċeviet telefonata li sabuh f’għalqa f’San Ġwann imbeżża’. Sostnew kif kien grazzi għas-Surġent Parnis u l-Pulizija Chantelle li Charlie rritorna lura magħhom.