16, 340
Dan huwa n-numru ta’ messaġġi li ntbagħtu s-sena li għaddiet minn telefons ċellulari biex jirrapurtaw karozzi jdaħħnu żżejjed.
Fi tweġiba parlamentari li ta l-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi spjega li b’riżultat ta’ dan kienu tliet mija, tmienja u sittin karozza li ġew msejħa għal spezzjoni.
Minn dawn kien hemm sittin li fallew it-test. Dan jimmarka żieda f’kull aspett meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, fejn b’riżultat ta’ iktar minn tlettax-il elf u mitejn SMS, sar it-test fuq mitejn u sebgħa u għoxrin karozza, fejn fallew sebgħa u tletin.