Il-Ġimgħa filgħaxija, diversi skwadri fi ħdan il-Korp tal-Pulizija wettqu rejd f’bar fiċ-ċentru ta’ Ħaż-Żabbar.
It-tfittxijiet komplew f’residenzi marbuta mas-sidien tal-bar, f’Ħaż-Żabbar u f’Bormla.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Sorsi kkonfermaw lil ONE News li saru tfittxijiet fil-bar u sussegwentament f’residenzi f’Ħaż-Żabbar u f’Bormla fejn instabet id-droga, u fil-fatt il-persuni ġew arrestati fil-bar li jmexxu.
L-operazzjoni tmexxiet mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u mill-Ispecial Intervention Unit