Fi stqarrija l-Gvern qal li għall-ewwel darba fl-istorja ta’ kemm ilhom isiru kuntratti ta’ trasferimenti ta’ art tal-Gvern, il-kuntratt tal-art fejn illum hemm is-sit tal-ITS ġie ppubblikat immedjatament fl-intier tiegħu fil-konferenza stampa l-Ħamis li għadda meta ġie mħabbar dan l-investiment ewlieni.
Minbarra l-kuntratt qed jiġu ppubblikati wkoll l-annexes kollha f’dan il-link: https://we.tl/UYrbc79Rik.
Il-Gvern qal li din hija turija oħra ta’ trasparenza ta’ gvern li qed jippubblika mingħajr problemi l-kuntratti kollha maġġuri tal-gvern – differenza minn oppożizzjoni li għamlet snin fil-gvern u saħansitra rabtet gvernijiet tal-futur milli jippubblikaw kuntratti li għadhom fis-seħħ sal-lum.
Hija ħasra li l-Oppożizzjoni qed tipprova tattakka anke dan l-akbar investiment ta’ €300 miljun minn investitur lokali billi toqgħod iddaħħal id-dubji fejn ma jeżistux, sostna hekk il-Gvern