Davide Bonanno instab ħati ta’ pussess aggravat u assoċjazzjoni b’rabta mal-każ ta’ importazzjoni ta’ ħamsa u għoxrin kilo kannabis li jmur lura għall-elfejn u tmintax. Huwa ntbagħat ntbagħat 18-il sena ħabs u weħel multa ta’ €38,000.
Huwa ma nstabx ħati mill-ġurati li importa d-droga.
Dan wara li l-ġurati damu tmien sigħat jiddeliberaw u finalment ivvutaw sitta favur u tlieta kontra l-ħtija ta’ Bonanno.