Aktar tard illum mistenni jkompli l-ġuri ta’ Davide Bonanno.
Il-ġuri wasal fl-istadji finali tiegħu tant li llum mistenni l-verdett mill-ġurin fuq il-ħtija tal-Isqalli mixli b’importazzjoni ta’ 25 kilo kannabis lura fl-2018.
Fil-fatt, ilbieraħ l-Imħallef Aaron Bugeja rrimarka l-importanza tad-deċiżjoni li għandhom quddiemhom il-ġurin u b’hekk sostna li jridu jkunu ċerti mill-verdett ta’ ħtija fuq l-imputat f’każ li dawn jaslu għalih.
Huwa rrimarka wkoll li l-ġurin jistgħu jaslu għal konklużjonijiet differenti filwaqt li saħaq fuq l-importanza li ma jiġux preġudikati fid-deċiżjoni tagħhom.
L-Imħallef Bugeja, indirizza lil ġurin wara li fl-aħħar 3 ijiem ġew ippreżentati l-argumenti taż-żewġ naħat b’rabta ma’ dan il-każ
Il-verdett mistenni jingħata dalgħodu.