Inġiniera u tekniċi tal-Enemalta ħadmu matul il-lejl biex ireġġħu lura l-provista tad-dawl lill-klijenti kollha f’Malta u Ghawdex, wara li nqalgħet emerġenza fin-network tad-dawl kmieni dalgħodu.
Ħafna mill-pajjiż kellu d-dawl lura sal-05:00 u s-servizzi kollha treġġaw lura sal-05:35.
Fi stqarrija intqal li d-dawl inqata’ fis-01:40. Minħabba din id-diffikultà, l-Interconnector bejn Malta u l-Italja u kif ukoll is-sorsi tal-ġenereazzjoni tal-elettriku f’Marsaxlokk intfew. L-ewwel impjanti tal-enerġija fil-power station ta’ Delimara inxtegħlu lura f’temp ta’ siegħa u l-provvista biex terġa’ lura għand il-klijenti gradwalemt fit-03:10.
Dan filwaqt li Enemalta u l-kuntratturi bagħtu inġiniera fuq l-interconnector terminal f’Ragusa biex jassistu fejn meħtieg. In-network Malti tad-dawl, inkluż il-konnessjoni ma’ Sqallija permezz tal-interconnector, kien sussegwentament enerġizzat hekk kif il-kapaċità meħtiega kienet disponibbli.
Sadanittant, Enemalta qed tinvetsiga l-kawża tal-inċident.