Illum tagħlaq il-konsultazzjoni pubblika dwar l-abbozz ta’ avviż legali li se jkun qed jobbliga li kuntratturi li jaħdmu fis-settur tal-kostruzzjoni, fit-twaqqigħ, skavar u bini jaħdmu biss b’liċenzja.
Dan l-avviz legali se jkun qed iwassal biex fis-settur tal-kostruzzjoni jkun hemm kwalità ogħla ta’ xogħlijiet u aktar infurzar.
L-unika liċenzja li kien hemm f’dan is-settur importanti hija dik tal-bennejja, li ilha teżisti mis-seklu dsatax.
Dan l-avviz legali kien jinsab għall-konsultazzjoni pubblika għal iżjed minn xahar. Dan se jwassal biex kull min irid jaħdem fit-twaqqigħ, skavar u fil-bini fis-settur tal-kostruzzjoni jrid ikollu liċenzja sabiex iwettaq dan it-tip ta’ xogħol.
Matul dan il-perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika saru diversi laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-pubbliku mill-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni, il-BCA.