Albaniż ta’ 42 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar, inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat fost l-oħrajn li wettaq abbuż ta’ natura sesswali fuq mara Maltija li fuq isimha ħareġ divjet.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat kif ir-rapport mill-allegat vittma sar fl-1 April fl-għassa tan-Naxxar.
Reati oħra li ġie akkużat bihom l-Albaniż huma li żamm l-allegat vittma kontra l-volonta tagħha u ġgħiela tagħmel affarijiet ta’ natura sesswali miegħu.
Il-Prosekuzzjoni spjegat kif l-akkużat kien imsiefer u wara li nħareġ mandat ta’ arrest u hekk kif wasal Malta ġie arrestat.
L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.
F’dan l-istadju l-Avukat Difensur ma talabx għall-ħelsien mill-arrest, hekk kif għad trid tixhed l-allegat vittma.
Il-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur l-allegat vittma.