Il-Knisja Parrokjali taz-Zejtun tinsab ippakjata b’nies li nġabru biex jagħtu l-aħħar tislima lill-eks Ministru Joe Grima.
Fl-omelija tiegħu, Fr. Colin Apap iddeskrivih bħala persuna unika. Bniedem analitiku t’esperjenza, li ħalla impatt fix-xena politika. Huwa miet lejliet li kellu jagħlaq 81 sena.