Mark Wade Hopkins, raġel ta’ 50 sena ta’ nazzjonalità Amerikana, qed jiġi akkużat li bejn il-lejl tal-15 u s-16 ta’ April, stupra turista li kienet qed toqgħod ħdejn il-kamra tal-lukanda tal-imputat f’San Pawl il-Baħar.
L-allegata vittma qalet li hi u sħabha ħarġu jixorbu u l-akkużat kien fl-istess stabbiliment.
Hija kompliet tgħid li wara marru fil-lukanda u sħabha niżlu jfittxu ħanut biex jixtru s-sigarreti. Dak il-ħin, allegatament, l-akkużat daħal f’kamritha u tefagħha fuq is-sodda u beda jmissha intimament, minkejja li qaltlu biex jieqaf, huwa baqa għaddej u waqaf meta sema’ l-bieb iħabbat.
Il-Maġistrat Elaine Mercieca, ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba n-natura tal-akkużi u għax l-akkużat m’għandu l-ebda rabta ma’ Malta.
Ritratt: Dan Redding