Raġel ta’ 47-il sena baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat fost l-oħrajn li hedded lill-eks sieħba u kiser ordnijiet imposti f’seduta oħra.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li fis-16 ta’ April li għadda, l-allegat vittma rrapurtat li l-imputat mar ix-xogħol tagħha u allegatament heddida u attakkaha minħabba li ma rax lit-tifel li għandhom ma’ xulxin.
Id-difiża talbet il-ħelsien mill-arrest iżda l-prosekuzzjoni oġġezjonat u qalet li l-imputat ma jistax jiġi fdat u li għandu fedina penali kkulurita.
Il-Qorti ċaħdet din it-talba u ordnat protezzjoni favur il-mara.