Il-weightlifter ta’ 17-il sena Tenishia Thornton ħadet sehem fil-European Weightlifting Senior Championships f’Yerevan l-Armenja. Il-kompetizzjoni kienet waħda importanti minħabba li kienet bħala parti mill-avvenimenti marbuta mal-kwalifikazzjoni olimpika għal Pariġi 2024.
Thornton ikkompetiet fil-kategorija 59kg u kisbet riżutati tajjeb hekk kif temmet fir-raba’ post.
Hija bdiet bl-snatch b’refa’ ta’ 82kg. Fit-tieni tentattiv għamlet 84kg filwaqt li tilfet it-tielet tentattiv ta’ 86kg. Dan ir-riżultat poġġa lil Thorntom fit-tieni post fl-snatch.
Fil-Clean & Jerk bdiet tajjeb ħafna b’refa’ ta’ 101kg segwieta minn 105kg. Iżda problemi żgħar żammewha milli tagħmel it-tielet tentattiv.
Hija kkonkludiet il-parteċipazzjoni tagħha b’total 185kg u r-raba’ post overall.
Thornton kienet l-iżgħar weightlifter fil-kategorija tagħha. Minkejja dan hija spiċċat f’pożizzjoni aħjar minn pajjiżi kbar bħal: Irlanda, Danimarka, Repubblika Ċeka, Greċja, Ungerija, Finlandja u Iżrael.
Hija issa se tkun qed tagħmel waqfa mill-kompetizzjoniiet sabiex tiffoka fuq l-istudji u l-eżamijiet.
Il-kompetizzjonijiet li jmissha se jkunu l-Commonwealth Championships fl-Indja u l-European Junior Championships fir-Rumanija f’Lulju li pġej.
Il-parteċipazzjoni f’Yerevan kienet possibli grazzi għall-Kumitat Olimpiku Malti u SportMalta.