Minn tiġieġ sa puddings, l-okkażjonijiet Irjali ewlenin dejjem kienu magħrufin għal xi platt ikel speċjali u l-inkurunazzjoni tar-Re Karlu III m’għandha xejn inqas.
Għal din l-okkażjoni speċjali, li se ssir fis-6 ta’ Mejju, id-dixx tal-ikel magħżul qed jissejjaħ bħala l-‘Coronation quiche’. Dan tħabbar permezz tal-paġna tal-Familja Rjali Brittanika fuq Twitter.
Introducing… Coronation Quiche!
— The Royal Family (@RoyalFamily) April 17, 2023
Chosen personally by Their Majesties, The King and The Queen Consort have shared a recipe in celebration of the upcoming #CoronationBigLunch taking place up and down the country. pic.twitter.com/aVcw9tNarP
Dan huwa l-platt favorit tar-Re Karlu u tar-Reġina Camilla, u mistenni jkun fiċ-ċentru tal-ikla l-kbira li se ssir għall-inkurunazzjoni – kemm fil-festini għal din l-okkażjoni u anke fiċ-ċelebrazzjonijiet li se jkun hemm fit-toroq. Ir-riċetta hija tal-Kap tal-Kċina Rjali, il-kok Mark Flanagan.
Dan id-dixx hu magħmull minn spinaċi, fażola, ġobon u bajd fost ingredjenti oħra.
Fil-każ tal-inkurunazzjoni tar-Reġina Eliżabetta II fl-1953, hija kienet għażlet il-’Coronation Chicken’, li kien magħmul minn tiġieġ kiesaħ f’żalza tal-krema tal-curry b’insalata mħawra ta’ ross, piżelli, u ħxejjex imħalltin.