L-Ambaxxatur tal-Unjoni Ewropea fis-Sudan, ġie aggredit f’daru waqt ġlied qawwi bejn il-forzi rivali li għaddej bħalissa madwar il-pajjiż.
S’issa madwar 185 persuna nqatlu u aktar minn 1,8000 persuna ndarbu f’dawn it-tliet ijiem ta’ ġlied li fihom qed jintużaw ukoll l-armi.
Iż-żewġ rivali qed jiġġieldu fuq territorji li t-tnejn qed jgħidu li huma tagħhom. Il-midja internazzjonali rrappurtat ukoll kif bosta restidenti dehru jistkennu minn splużjonijiet li qed iseħħu b’mod kontinwu.