Saviour Bonnici jippreżenta t-tielet episodju ta’ NATURA MALTIJA b’filmati uniċi tal-fkieren tal-baħar żgħar ifaqqsu fuq il-bajja tal-Għadira. Inkluż ukoll l-għaġir impressjonanti tal-Mulett, ħuta komuni, dieħla lejn l-art, mijiet ta’ Xilep u bebbux tal-baħar – kollha f’dan l-episodju. Fl-aħħar naraw kif tista’ tingħata mportanza lill-protezzjoni u konservazzjoni tal-ibħra lokali u t-teżori mal-kosta.
Idħol fuq il-paġna ta’ Facebook https://www.facebook.com/maltesenature għal aktar informazzjoni. Waqt li fuq Youtube shorturl.at/bdHP5 tista’ ssib il-filmati kollha tal-ewwel sensiela. Dawn l-episodji jistgħu jintużaw għat-tagħlim, speċjalment minn ġenituri u għalliema biex jgħallmu lit-tfal.
NATURA MALTIJA jixxandar kull nhar ta’ Tlieta fit-8:30pm b’repetizjoni l-Erbgħa fis-7:35am, il-Ħamis f’12:05pm, il-Ħadd fis-7:35am.