It-team nazzjonali malti tal-Volleyball U18 rebaħ il-midalja tad-deheb waqt il-Kampjonat għall-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa li sar fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera fi tmiem il-ġimgħa.
Fl-aħħar logħba tiegħu il-Ħadd wara nofs-in nhar, Malta għelbet lill-Irlanda bl-iskor ta’ 3-0.
Fil-Kampjonat ħadu sehem b’kollox ħames pajjiżi: Irlanda ta’ Fuq, Lussemburgu, San Marino, Irlanda u Malta.
It-team malti rebaħ l-ewwel logħba tiegħu kontra l-Irlanda ta’ Fuq 3-0. Huwa tilef iż-żewġ logħbiet ta’ wara kontra l-Lussemburgu u San Marino bi skor ta’ 3-0.
L-aħħar logħba kienet deċiżiva għar-rebħ tal-midalja tal-bronż li ntrebħet mill-maltin.