Old Motors Club qed jorganizza spettaklu ieħor kbir ta’ karozzi vintage u klassiċi li jagħmlu parti mill-kollezzjoni tal-membri tal-klabb. Din id-darba, dawn ser jintwerew fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta bejn id-disgħa u s-sagħtejn tal-Ħadd, 23 ta’ April.
Din id-darba, fost il-ħafna karozzi differenti għall-wiri, Old Motors Club qed jirriserva post prominenti speċjali għall-karozzi MG. Dan biex jiċċelebra l-100 Anniversarju minn meta Cecil Kimber waqqaf il-Karozzi MG, iddisinja, bena, irreklama u biegħ l-ewwel karozza sportiva MG tiegħu f’Awwissu 1923. MG tfisser Morris Garage.
Il-pubbliku ġenerali huwa mistieden igawdi l-wirja ta’ karozzi vintage u klassiċi fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta nhar il-Ħadd, 23 ta’ April.